Sigurta fuq il-Post tax-Xoghol – Is-Sitt Parti - L-Ghajnejn

Andre' Damato

 

Fl-ahhar parti ta’ din is-serje ddiskutejna prevenzjonijiet u mizuri kontra incidenti relatati mal-infieh tat-tajers u l-uzu tal-arja ikkompressata.  Din id-darba se nitrattaw is-sigurta relatata mal-ghajnejn fuq il-post tax-xoghol.  L-ghajnejn huma imprezzabli u skond ix-xoghol tieghek jafu jkunu f’riskju ukoll.

Kull sena qrib 100 Malti jirrapurtaw li weggghu ghajnejhom waqt il-hin tax-xoghol; apparti milli jkollu jaghmel zmien wieqaf mix-xoghol, hafna huma dawk li jkollhom il-vista t’ghajnejhom affetwata u xi wahdiet anke jigu ghomja.  Hafna minn dawn l-incidenti huma priventabli.  Kull min qed f’riskju ghandu jkun jaf: -kif jevadi l-incidenti, u –x’ghandu jaghmel f’kaz ta’ incident.

Kawzi

Madwar 90% minn incidenti fl-ghajnejn jaqghu taht wahda minn dal- kawzi.

1. L-ghajn tintlaqat minn trab jew oggetti jtiru bhal botijiet, viti, imsiemer, ball bearings, mollol, zrar, frak tal-hadid minn blasting u grinding.  L-oggett jew iferi, jiftah jew jippenetra l-ghajn.

2. Hbit tal-ghajn ma’ oggetti weqfin jew jiccaqalqu bhal ghodda jew makni.

3. Titjir ta likwidi, bhal metal mahlul, likwidi jaharqu, kimika korrusiva u irritanti li jolqtu l-ghajnejn.  Dawn is-sustanzi jikkawzaw hsara lil-l massut, jekk l-ghajn ma tkunx mfawra bl-ilma.  Kimici bhal xkomp u acidu ikkoncentrat jistghu jikkawzaw hsara kbira u permanenti lil korneja tal-ghajn.  Duhhan li jkun korrussiv jew irritanti kif ukoll trab organiku, kimiku jew korrussiv jistghu jwasslu ghat- titlif tal-vista u desformazzjoni tal- quddiem tal-ghajn. 

4. Tharis lejn welding flash, sustanzi jaharqu, dawl/riflessjoni tad- dawl tal-laser  u radjazzjoni tal-infrared.

X’ghandek taghmel

Trattament ta’ Titjir, trab, frak, likwidi u duhhan fl-ghajnejn

-Il-heffa hija essenzjali sabiex tipreveni hsara permanenti fl-ghajnejn.
-Qieghed lill- pazjent mal-art minnufih
-Itfa ammonti kbar ta ilma kiesah bil-mod fl-ghajn(ejn) waqt li zzomm il-habba tal-ghajn miftuha.  (Jekk id-dawra tal-ghajn tkun mcappsa b’xi kimika, oqghod attent li ma tkomplix ccappas l-ghajn)
-Uza kontenitur nadif sabiex tferra l-ilma
-Kompli dan il-process ghal 15 il-minuta
-Gib ghajnuna medika professjonali

Nota f’kaz ta’ Contact Lenses:
Jekk il-pazjent jaghmel uzu minn contact lenses, tippruvax tnehhihom qabel jew wara l-15 il- minuta tat-tisqija.  Normalment il-lentijiet jinqalghu mill-ghajn wehidhom bl-ilma.  Jew jekk le, jinqalghu minn quddiem il- papilla u jmorru fuq wara tal-ghajn, fejn minn hemm jistghu jinqalghu b’mod sikur meta jkun hemm l-attenzjoni medika.

Trattament ta’ griehi fl-ghajnejn

Jekk il-gerha tkun gravi, thallix lil vittma jmiss jew joghrok ghajnejh.  Minflokk ghatti d-dawra tal-ghajn b’materjal artab u ghandu jittiehed l-isptar minnufih.  Tippruvax tnehhi oggetti mill-ghajn.

Facilitajiet tal-First Aid

Trattament t’emergenza u first aid adekwat ghandu jkunu disponibli fuq il-post tax-xoghol.  F’postijiet fejn hemm riskju ta’ titjir, dhahen u trab ghandu jkun hemm, mains supply tal-ilma apposta f’kaz ta’ incident fl-ghajnejn.

Min ihaddem ghandu jiehu kull pass prattiku sabiex jelimina l-perikli jew sabiex ibieghed l-incidenti mill- haddiema.  Fejn dan mhux possibli, protezzjoni adekwata tal- ghajnejn ghanda tkun provduta lill- haddiema.

Protezzjoni Ghal:

Titjir ta’ Frak -
Uza: goggles, nuccalijiet bil-qugh mal-gemb, tarka tal-wicc
Titjir ta’ Oggetti solidi – Uza: tarka tal-wicc heavy impact,  goggles
Titjir ta’ Trab – Uza: goggles hfief
Dhahen – Uza: goggles, maskli
Radjazzjoni – Uza: Goggles, visors, tarka mzamma bl-id, nuccalijet b’wavelength filter specifiku (skond ix-xoghol), tarka tal-wicc

Nota fuq Contact Lenses u Protezzjoni tal-ghajnejn

Contact lenses jistghu jintuzaw  ma kull tip ta protezzjoni tal-ghajnejn, inkluz visors u goggles.  Izda contact lenses ma jipprovdux protezzjoni kontra l-perikli msemmija, u ghalhekk mghandhomx jitqisu bhala sostitut ghall- protezzjoni adattata.

Lura ghall-pagna 'Sigurta fuq il-post tax-xoghol'