Sigurta fuq il-Post tax-Xoghol – Il-Hames Parti – Infieh ta’ Tajers u Arja Kumpressata

Andre' Damato

 

Fl-ahhar parti ta’ din is-serje ddiskutejna prevenzjonijiet u mizuri kontra incidenti relatati mal-industrija tal-ospitalita, din tinkludi kemm xoghol f’lukandi kif ukoll xoghol f’postijiet tad-divertiment, fost ohrajn.  Din id-darba se nitrattaw is-sigurta ta’ dawk  li matul xogholhom ikollhom x’jaqsmu ma infieh ta’ tajers u/jew jaghmlu uzu min kumpressuri tal-arja.  Accidenti waqt li l’infieh tat-tajers jistghu ikunu serji, dan min habba l-pressjoni gholja tal-arja kif ukoll l-oggetti tqal involuti.  Hafna minna niltaqghu biss ma tajers tal-karozzi, izda huma hafna li jahdmu ma tajers ta’ vetturi u ingenji kbar ta kuljum.  Xi drabi, apprentisti jew haddiema mhux esperjenzati jigu mqabbda jonfhu tajers minghajr trejning jew minghajr ma jkollhom ideja tal-incidenti involuti possibli.  Minn ihaddem ghandu jassigura li kull tajer-fitter ghandu jkun trejnjat tajjeb u jaf, jifhem u juza l-ghodda b’mod korrett.  

Jekk tahdem mat-tajers hemm erba’ sorsi ta’ kagun t-incident.  Dawn huma :

-Arja kumpressata
-Tajers u roti li jisplodu
-Roti u tajers tqal
-Storbju eccessiv

Arja Kumpressata

Ghajnejk huma f’riskju partikulari kemm mill-velocita gholja ta l-arja kif ukoll minn frak ta’  trab, hadid, zejt u materjali ohra li jistghu jigu mtajjra bl-gharja. Ghalhekk dejjem ghandek t’uza protezzjoni ghal ghajnejk.  Il-bqija ta gismek ukoll ikun f’riskju bl-arja kumpressata.  Ghalhekk hwejjeg apposta li jipprotegu l-gilda minn frak irqiq ghandhom jitlibsu.  Izda l-ebda hwejjeg ma jistghu jipproteguk minn ajra b’velocita kbira li tkun gejja minn vicin tieghek hafna, dan ghaliex il-frak jistghu jghaddu mill- hwejjeg u mill- gilda, dritt ghal go gismek.  L-arja ukoll tista tidhol dritt gewwa s-sistema tad-demm, li din tikkawza feriti u ghugieh kbir, dan jista jsehh iktar facli jekk ghandek xi feriti jew sliegh minn qabel.  L-arja ukoll tista tibqa tieghla fil-vini irqaq ta gewwa mohhok, li dawn jinfaqghu b’risultat fatali.  Kull gejg tal-pressa u tal-kontrol ghandhom jigu issetjati ma’ master-gejg ta’ lanqas darba fis-sena.  Ghandek tiftakar li l-pressa ta’ gewwa t-tajer tizdied b’zieda fit-temperatura.  Ghalhekk qatt m’ghandek issahhan rim jew tajer jekk it-tajer ikun mimli bl-arja ippressata.

Xi punti

  1. Fejn possibli, dejjem nizzel it-tajer qabel ma taqilghu minn ma’ vettura.
  2. Zomm il-pipijiet tal-arja f’post sikur, mhux f’post fejn jista’ ssirilhom il-hsara jew jikkawzaw incidenti bhal waqghat
  3. Qatt ipponta l-gun tal-arja lejk innifsek jew lejn haddiehor
  4. Qatt uza pipijiet jew fittings diffettusi
  5. Tirfisx il-pipe tal-arja sabiex tnaqqas jew twaqqaf l-arja, ghaliex b’dan tista ddaghajjef il-pipe
  6. Thallix il-pipe fejn vetturi jew ingenji fejn jistghu jirfsuh jew joqorsuh 
  7. Qatt halli wehidhom pipijiet tal-arja imqabbdin ma’ tajers
  8. Ftakar li kumpressur mhux maghmul sabiex tnaddaf, fejn possibli uza vacuum cleaner

Kaz vera li gara s-sena l-ohra fl-Ingilterra.  Haddiem fl-industrija tal-manifattura, taqqab il palma t’idejh b’virga tal-hadid.  Ftit wara huwa uza kumpressur sabiex inehhi xi hmieg u trab tal-hadid li setgha dahallu f’idejh.  L-arja tal-kumpressur wessghat il-ferita u nefhitlu idu bhal buzzieqa zghira, b’risultat t’ugieh kbir u li kellu jigu rikoverat l-isptar.

Tajers u roti li jisplodu

Tajers u roti kbar huma oggetti tqal, meta jisplodu dawn jistghu jigu sparati b’forza kbira metri l-boghod bis-sahha tal-gharja ikkumpressata.  Dan jistgha jikkawza feriti kbar u anke mewt lil dawk li jinzertaw fit triq tar-rota jew tajer.  Roti jew rimijiet maqsumin (maghmulin minn iktar minn bicca wahda)  ghandhom iktar cans li jisplodu minhabba: manteniment batut, tqeghied hazin u twahhil/tnehhija waqt li t-tubu jkun minfuh.  L-iktar incidenti komuni huma ta’ infieh zejjed, zarmar tal-boldijiet tas-split rim flok il-boldijiet li jzommu r-rota, uzu ta’ parts diffettuzi jew tinqas sahha minn dawk originali.     

Roti u tajers tqal

Tajers u roti ta vetturi kbar spiss ikunu tqal hafna sabiex ikunu mheddla minn persuna wahda.  Anke persuna b’sahhitha sew tista jsoffri mnin hernia, slipped disc, skoss jew ksur t’ghadam meta jqandel piz tqil hafna.  Ghalhekk wiehed ghandu jitlob l-ghajnuna jew ahjar juza makni bhal lifters mekanici meta jaffacja ruhu ma dawn it-tip ta’ roti.

Storbju Eccessiv

Snin twal fil hidma tat-tqeghied tat-tajers jista jwassal ghal nuqqas ta’ smiegh.  Dan huwa kkawzat minn arja kumpressata mehlus b’mod liberu, l-impatt ta parts u ghodda jaqghu mal-art tal-konkrete.  B’hekk wiehed ghandu dejjem jilbes ear plugs jew muffs sabiex inaqqas l-inpatt tas-storbju.

Lura ghall-pagna 'Sigurta fuq il-post tax-xoghol'