Fl-ahhar parti ta’ din is-serje ddiskutejna prevenzjonijiet u mizuri kontra problemi relatati mat-trasport tat-triq. Dil-gimgha se nitrattaw is-sigurta tax-xufiera fl-industrija tal-ospitalita, din tinkludi lukandi, restoranti, bars, kafetirji, diskoteki u postijiet simili ohra tad-divertiment.
Qtugh
Qtugh huma komuni hafna f’din l-industrija, hafna mill-incidenti huma risultat ta hgieg miksur, uzu hazin ta’ ghodda (bhal mincers) u skieken.
Punti generali ta’ kif tista tevadi incidenti ta’ qtugh
-Naddaf hgieg miksur kemm jista jkun malajr, l-ahjar tuza bicca mxarrba sabiex tigbor il-bicciet, wara itfa l-hgieg f’kontenitur tal-metall jew tal-plastik, u mhux f’basket
-zomm l-iskieken msinna u jaqtghu
-hu trejning qabel ma tuza/thaddem makni jew apparat
-thallix skieken gewwa d-dish washer, jew fis-sink
-tilbisx ornamenti jew hwejjeg b’kmiem twal u wisghin li jistghu jinqabdu fil-makni
-tikkumpressax l-iskart f’basket b’idek
Meta qed tuza l-iskieken
-uza l-ahjar sikkina ghal dak ix-xoghol partikolari
-ara li s-sikkina taqta’, wahda spuntata tista twasslek biex inti taghmel iktar forza b’zieda fir-riskju li tizloqlok
-aqta’ l-boghod minn gismek meta qed taqta jew titrimja
-tippruvax taqbad sikkina li waqatlek
-izommx skieken gol-but
Meta qed tuza mincers u makni simili
-dejjem uza pusher sabiex timbotta l-laham l-isfel halli tbieghed il-kuntatt minn max-xafra
-ara li s-safety guards tal-makna qeghdin f’posthom qabel ma tixghel il-makna
-itfi u nehhi l-wire minn mad-dawl qabel tibda izzarma l-mincer ghat-tindif
-tnehhix safety interlocks u safety guards tal-makna
-qatt ddahhal subghajk gol-makna sabiex tghin l-laham jghaddi
Meta qed tuza makni ghas-slicing
-ara li s-safety guards tal-makna qeghdin f’posthom qabel ma tixghel il-makna
-itfa l-gejg tal-hxuna tal-laham ghal zero wara kull uzu tal-makna
-tippruvax tnaddaf ix-xafra, jew tnehhi xi sadd meta l-makna qed tahdem
Hruq
Incidenti ta’ hruq jistghu jikkawzaw feriti, griehi u cikatrici permanenti. Wiehed ghandu joqghod attent iktar meta qed jahdem hdejn fran, pressure cookers, toasters, borom, etc.
Xi punti generali ta’ kif tista tevadi incidenti ta hruq
-ara li l-manku tat-tnagen u borom ma jkunux il-barra mill-bank jew mill-cooker
-ilbes ingwanti jew mitts apposta meta timmanigja affarijiet li jaharqu
-gholli l-ghatjin tal-borom il-boghod minn gismek halli l-fwar ma jitlax ghal wiccek jew ghal kumplament ta’ gismek
-timlix il-borom jew it-tnagen izzejjed, dan jista jwassal sabiex jobzqu ikel jew likwidu jahraq barra mill-borma, apparti minn hekk il-borma jew tagen ikunu itqal sabiex iggorrhom u ehfef twaqqa l-kontenut jahraq taghhom fuqek
-thallix mgharef tal-metal gol-borom waqt li ssajjar dawn jisghu jigu jaharqu hafna, u jaharquk meta tmur taqbadhom
-kun attent li ma titfax ilma f’zejt jahraq dan jwassal sabiex iz-zejt jinbezaq il-fuq
-tuzax bicca mxarba biex taqbad borom jaharqu, materjal imxarrab jassorbi s-shana iktar malajr
-tiftahx cookers jew fran tas-steam meta jkunu taht pressjoni gholja
-thallix fjamma tal-gas ilhin kollhu ghadejja
-tiftahx dishwashers meta jkunu qeghdin jahdmu jew meta jkunu ghandhom jaharqu
-thallix tnagen fuq in-nar minghajr solvenjanza
Meta qed tuza l-isteamers
-ghalaq l-isteam supply u stenna madwar zewg minuti qabel tiftah
-meta tiftah l-isteamer, oqghod fuq in-naha ta’ fejn idur il-bieb, b’hekk xhin tiftah dejjem ikun hemm il-bieb bejn il-bokka tal-isteamer u gismek
-nehhi affarijiet mill-isteamer permezz ta’ ingwanti jew mitts apposta u itfa l-affarijiet fuq karru (trolley)
-f’kaz ta’ hruq
-xarrab il-parti mahruq b’ammonti kbar ta’ ilma ghal hin twil qabel ma’ ddawwar xi faxxex
-titfax creams jew butir fuq il-harqa, dawn normalment iktar jghamlu hsara
-jekk l-harqa tkun gravi, huwa tajjeb li tmur sal-poliklinika jew sa l-isptar sabiex ticcekkja
Xokkijiet tal-Elettriku
Xokkijiet tal-elettriku jistghu ikunu fatali, qatt tiehu riskju jekk tahseb li l-ghodda/apparrat hija diffettuza
Xi punti generali ta kif tista tevadi xokk elettriku
-ara li idek huma xotti qabel ma tmiss apparrat li jahdem bid-dawl
-irraporta, biddel jew sewwi apparat, plakkek jew wires diffettuzi
-zomm il-wires u l-apparat liberi waqt l-uzu
-igbed il-plakka u mhux il wire biex taqla l-plakka minn mad-dawl
-zomm il-wires il-boghod min-nar, ilma, zjut u shana
-tnaddafx apparat elettriku b’ kimika li tiehu n-nar jew hija tossika
-terfax l-apparat mill- wire
-torbotx ghoqqiedi fil-wire
-tqabbadx numru ta’ ghodda minn outlet wiehed iktar milli suppost
-tuzax apparat b’fittings diffettuzi
Incidenti relatati mal-Kimika
Minn zmien ghal zmien wiehed jaf ikollu jaghmel uzu minn kimika bhal bleaches u solvents sabiex inaddaf l-apparatt, fran, l-art, etc.. bhala parti mix-xoghol tieghu. Jekk dawn il-kimici ma jistuzawx tajjeb jistghu jwasslu ghall-incidenti serji.
Xi punti generali
-aqra l-label tal-prodott, jew saqsi lis-supervisor biex tkun taf kif tuza u l-effett tossiku tal-kimika partikolari
-jekk tibla jew taghmel kuntatt ma kimika tossika fittex il-first aid kemm jista’ jkun malajr
-uza apparat prottettiv bhal ingwanti u maskli skond il-bzonn u n-neccessita
-tuzax kontenituri jew ghodda tal-ikel sabiex izzomm jew thawwad il-kimika
-oqghod attent meta thallat likwidi jew trab kimiku b’mgharef tal-plastik, il-kimika tista tholl il-plastik ghalhekk aqra d-direzzjonijiet sewwa qabel
-izzomx kimika fuq xkafef gholjin, jekk jaqghu jistghu jikkontaminaw persuni ghaddejjin taht. |