Sigurta fuq il-Post tax-Xoghol – It-Tieni Parti – Zlieq u Waqghat

Andre' Damato

 

Fl-ewwel parti ta’ din is-serje ddiskutejna prevenzjonijiet u mizuri kontra problemi relatati ma hsejjes eccessivi.  Dil-gimgha se nitrattaw, zlieq u waqghat.  F’ pajjizna madwar ghoxrin fil-mija tal-incidenti fuq il-post tax-xoghol ikunu relatati ma’ zlieq u/jew waqghat. 

Hemm zewg tipi ta’ waqghat, dawk elevati (waqghat mill-gholi) u waqghat mil-baxx.  Waqghat mill-gholi huma l-iktar kawza li twassal ghall- incidenti gravi u fatali fl-industrija tal-kostruzzjoni.

Zlieq normalment ikun ikkawzat minn: art li tizloq, uzu ta’ zraben mhux addatti, nuqqas ta’ dawl u twapet/paljetti mhux fissi mal-art.

Waqghat mill-gholi normalment ikunu kkawzati minn: uzu ta skaffolding minghajr ilqugh, uzu ta’ skaffolding u slielen ta’ kwalita baxxa (bhal slielen imsewwsa jew b’xi targa nieqsa), tlugh u inzul bl-ghagla, nuzzas ta’ grip fl-idejn (ezempju uzu ta’ slielen b-idejn imxarrbin)

Kif tippreveni waqghat u zlieq

-uzu ta’ safety equipment adattat fejn il-haddiema jigu trejnjati ukoll kif juzawh sew
-twapet u paljetti ghandhom jintrabtu mall-art jew jintuza materjal skid-resistant bhal rubber u pressure-sensitive backing
-uzu ta sinjali biex jindikaw postijiet b’riskju ikbar ta’ zlieq
-evita li jkollok wires u cables jigru fis-saqajn
-ressaq l-ghodod u l-materjali li mintix qed tuza, il-boghd mill-art ta’ fejn qed tahdem
-zomm il-post fejn qed tahdem mixghul sew, naddaf/biddel it-tubi/bozoz skond il-bzonn
-f’kaz ta’ leakage jew tixrid ta’ likwidi li jikkawzaw iz-zlieq, qis li tnaddaf kemm jista jkun malajr bl-iktar mod adattat, bhal xahx ghal certu zjut u solvents ghal certu kimika. Jekk possibli, ohloq rotta temporanja li ddur ma u tevita il- post fejn sar it-tixrid
-iccekja l-art tal-post tax-xoghol ghat-toqob, xquq u madum maqlugh b-mod regolari u sewwi skond kif mehtieg
-uzu ta’ zraben komdi u li ma jkunux mahlulin
-zomm is-sellun fuq art soda u wati.  Ara wkoll li s-sellum ma jitqedx f’postijiet li jista jizloq minn fuq jew minn isfel  
-is-sellun ghandu jintuza minn persuna wahda biss fl-istess hin
-ghandu jkollok tlett punti ta’ kuntatt mas-sellun, f’hin wiehed ma jkollokx id u sieq li mhux qeda zzomm mas-sellun
-ilbes zarbun b’takkuna meta tuza s-sellun
-nizzel u tella l-ghodda u l-materjali b’habel fejn tista.  Qatt titla sellun b’zewg idejn m’ghobija
-tiggebidx hafna meta fuq sellun, minflokk inzel u ressaq is-sellun
-jekk hemm xoghol qed isir fuq sellun, hadd mghandu jahdem taht is-sellun fl-istess hin, dan peress li mhux rari li l-persuna ta’ ma l-art tolqot is-sellun bi-zball, jew il-persuna ta’ fuq is-sellun twaqqa affarijiet fuq l-iehor.  Jekk possibli ghamel cones (jew bramel) madwar is-sellun
-fall protection bhal guard rails jew barriers ghadhom jitqeghdu mal-perimitru tal-platform fuq l-iscafolding, f’kull parti li jkunu qedin jahdmu n-nies
-f’scaffolding ghandu jintuza n-numru ta’ planki adekwat, il-planki ghandhom jitqeghdu/jitwehhlu b’mod li ma jicaqalqux
-jekk jigu innotati instabilitajiet jew hsarat strutturali fl-iscaffolding, dan mghandux jintuza sa kemm jisewwa
-f’kaz li jintuza fork lifter halli jilleva persona, ghandu jigi installat platform tal-metal mall-guardrails, u mal-kickboards. 
Il-platform ghandha tkun marbuta sew mal-frieket tal lifter
-ghandhom jintuzaw harnesses, lanyards, Travel-Restriction Systems, Fall-Arrest Systems, safety nets u/jew hbula f’kull xoghol u sitwazzjonijiet ta’ llevament, skond il-bzonn

Lura ghall-pagna 'Sigurta fuq il-post tax-xoghol'