Is-sajf rega’ maghna u ghalkemm hafna minna jorbtu daz-zmien tas-sena’ ma zmien ta’vaganza dan zgur ma jaghmluhx l-incidenti relatati mal-post tax-xoghol, ghax donnhom jizdiedu f’daz-zmien.
Statiska tal-Konfederazjoni tal-Unions fl-Ewropa turi li kull sena madwar wiehed minn kull ghaxar haddiema jweggghu ta’ l-anqas darba fuq il-post tax-xoghol. Uhud minnhom anke fatali. Fortunatament hafna minn dawn l-incidenti jistghu jigu ppreventati. Fil-gimghat li gejjin ha nittrattaw incidenti u problemi varji u x’tip ta’ prevenzjoni tista’ tittiehed.
Din il-gimgha se nittrattaw kif nistghu nnaqqsu l-problemi relatati ma hsejjes storbjuzi u frekwenti li dawn hafna drabi joholqu tnaqqis fis-smiegh kif ukoll joholqu stress f’partijiet tal-gisem ohrajn, bhal qalb. Hsejjes eccessivi jaffetwaw ukoll l-ghajnejn, fejn titnaqqas il-klarita, in-numru ta’ kuluri li naghrfu kif ukoll l-abilta li naraw bil-lejl. Problemi fis-smiegh jistghu jnaqqsulna l-efficjenza tal-hidma taghna kif ukoll tal-hajja komunikattiva taghna. Infakkru li n-nuqqas ta’ smiegh huwa hafna drabi permanenti, u ghalhekk il-prevenzjoni ta’ kuntatt ma hsejjes eccessivi hija l-unika triq ghalina. Taht, hawn xi preventazzjonijiet li nistghu niehdu.
Ghazel ghodda inqas storbjuza
-Makni li jaqbdu ma l-elettriku huma normalment inqas storbjuzi minn dawk li jahdmu billi jaharqu l-fjuwil
-Makni li jahdmu b-‘belt drives’ hafna drabi jaghmlu inqas storbju minn dawk li jahdmu b’ cineg jew b-’gear drives’
-Fejn possibli l-materjal ta’ partijiet tal-makna ghandhom jigu mibdula ghall-partijiet li jaghmlu inqas storbju. Ezempju l-uzu ta’ mesh tal-hadid jew folji tal-plastik ghal guards tal-makna flok folji tal-hadid.
-Uzu ta’ mufflers ghal muturi tal-elettriku u kumpressuri
-Uzu ta’ pompi moderni b’sistemi ta’ hydrolic
-Partijiet tal-makna li huma storbjuzi hafna ghandhom jigu maghluqa ghalihom
-L-impatti bejn partijiet differenti tal-makna ghandhom jitnaqqssu kemm jista’ ikun
-Uzu ta’ insulation bhal tip ta’ rubber jew foam madwar il-makna
Uza l-ghodda b’mod ahjar
-Meta mutur jinqaleb minn ‘forward’ ghal ‘reverse motion’ dan ghandu l-ewwel titnaqqaslu l-velocita’
-makni storbjuzi mghandhomx jitqieghdu f’irkiken, ghaliex l-istorbju jigi amplifikat bid-doppju jew b’erba’ darbiet
-pompi u generators ghandhom jigu mqeghda kemm jista jkun il-boghod minn fejn qed isir ix-xoghol, cioe minn fejn qed jahdmu in-nies
-Tuzax l-ghodda u l-makni qrib il-massimu taghhom ghaliex f’ dan il-punt normalment joholqu bhal ’twerzieq’ u jkunu iktar storbjuzi
-Ara li jsir manteniment regulari tal-ghodda u l-makni
Tahbit t’oggetti flimkien, specjalment jekk il-materjal ikun metal, jikkawza storbju ta’ intensita kbria, li dan facilment jista jwassal ghat-tnaqqis ta’ smiegh. Ezempji zghar izda jghallmu ukoll:
-fejn tista flok imsiemer uza viti jew adhesive
-jekk trid tghawweg virga irqiqa uza tnalja flok isammarha f’morsa
-jekk qed taqta’ il-hadid jew l-injam, naqqas id-distanza bejn il- post tal-qtugh u fejn jaqghu l-fdalijiet
-flok twaqqa’ jew twaddab l-affarijiet ma l-art nizzilhom bil-mod
-uzu ta’ twapet tar-rubber fejn iduru jew jaqghu l-affarijiet u fuq il-bank tax-xoghol
Naqqas il-hinijiet f’attivitajiet storbjuzi
-f’xoghol tal-hadid, ippjana dak li trid taghmel minn qabel sabiex taqta’, tghawweg u tiwweldja b’mod iktar preciz halli tnaqqas il-hin bzonnjuz biex tirranga xi zbalji li ghal dawn normalment ikollok tuza metodi storbjuzi bhal grinding u tismir
-jekk tista ghazel makni li huma iktar produttivi u jaghmlu x-xoghol malajr halli tnaqqas il-hin li tkun espost ghal l-istorbju
-jekk possibli alterna bejn xoghol f’ambjent storbjuz u xoghol f’ambjent inqas storbjuz
Uza strumenti protettivi tas-smiegh maghrufa bhala (HPDs), bhal earplugs u earmufs
-ghazla ta’ HPDs li joqghodu sew u huma komdi
-HPDs ghandhom jigu mlibbsa f’kull hin waqt ix-xoghol
-HPDs iridu jkunu addattati ma l-ambjent u l-post tax-xoghol |