This is your union

Website sections
notice board
-
- DIRETTIVA mill-Hdax il-Unjin fosthom il-GWU
- Thallsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma qabel ir-revisjoni tat-tariffi
- 11/04/09 - What's Left - Seminar organizzat mil GWU YOUTHS
- 15/03/09 - Is-sistema ta' l-istipendji hi essenzjali ghall-edukazzjoni inklussiva
07/03/2009 - Imut Gorg Agius ex-Segretarju Generali tal-GWU - 28/02/2009 - Rally mill-11-il unjin dwar il-kwistjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma
- 02/03/2009 - Il-GWU b'hidma biex iggib turisti godda f'pajjizna
Links
Press Releases / Stqarrijiet Stampa
28/09/08 - Kuragg ghal-sena skolastika gdida
Ftit tal-jiem ilu hafna studenti u zghazagh ghadhom kif bdew sena ohra skolastika. Il-GWU Youths temmen li dan huwa perjodu importanti hafna f’hajja ta’ persuna ghax b’hekk jkun qieghed jizviluppa t-talenti u l-hiliet personali tieghu.
Il-GWU Youths theggeg lill-istudenti kollha biex jiehdu dan iz-zmien b’serjeta kbira ghax dan iz-zmien jista jsarraf f’successi kbar fil-futur u f’hajja aktar stabli. L-ghaqda theggeg lill-istudenti kollha biex ma jaqtghux qalbhom quddiem is-snin ta’ edukazzjoni li baqalhom u theggighom biex jiehdu dan iz-zmien bhala zmien fejn huma jkunu qeghdin jifirxu t-triq biex jsibu impjieg li jhallilhom kuntentizza fill-hajja taghhom.
Il-GWU Youths tixtieq theggeg ukoll il-gvern u l-kumpaniji kollha biex jahdmu u jippjanaw kemm jistghu halli jghinu lill-gradwati taghna jsibu xoghol addatat ghalihom. Huwa importanti li pajjizna jilhaq certu livelli Ewropej fejn ghandha x’taqsam edukazzjoni imma huwa importanti hafna aktar importanti li kull min hu ikkoncernat li jara li l-gradwati taghna jibqghu f’pajjizna u ma jinhlewx rizorsi kbar ta’ intelligenza mill-pajjiz. Huwa importanti hafna ukoll li l-gradwat ma jhossux hela hinu l-Universita u b’hekk huwa importanti hafna li jinghata xoghol li hu addattat ghalih. Huwa essenzjali li l-pajjiz juza l-kapacitajiet tan-nies kollha fil-pajjiz.
Il-GWU Youths theggeg biex issir hidma akbar halli jonqos kemm jista l-persentagg ta’ studenti li johorgu mill-hajja edukattiva minghajr kwalifici ghax apparti li dan huwa ta’ dell ikrah ghall-pajjizna huwa ferm aktar negattiv ghall-persuna minhabba n-nuqqas ta’ opportunitajiet li wiehed jista jkollu.
Naghlqu din l-istqarrija billi tghati kuragg lil kull student biex jahdmu u jistinkaw kemm jistghu matul din is-sena skolastika biex b’hekk jkunu jistghu jakkwistaw aktar kwalifici halli l-futur taghhom jinbena aktar fis-sod.
24/8/08 - Vot Ghall Zghazagh ta' 16 il-sena
Vot ghal Il-GWU Youths taqbel mal-pozizzjoni li adotta l-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh fil-principju li d-dritt tal-vot ghal zghazagh ta' sittax–il sena huwa ezercizzju b'sahhtu favur id-demokrazija u l-partecipazjoni attiva taz-zghazagh fis-socjeta. Bl-istess mod li l-GWU Youths tinsisti li haddiema zghazagh ta' sittax–il sena ghandom jinghataw drittijiet u dinjita' ugwali ghal dak li ghandhom haddiema ohrajn, hekk ukoll dawn iz-zghazagh ghandhom ikunu partecipi permezz tal-vot sabiex ikunu jistghu iwasslu ahjar il-veduti taghhom fuq livell lokali.
Il-GWU Youths tfakkar li f'pajjizna diga ghandna numru ta' sindki, vici-sindki u kunsilliera zghazagh li qeghdin jaghtu kontribut siewi fil-lokalita' rispettiva taghhom. L'involviment ta' aktar zghazagh f'dan l-ezercizzju demokratiku huwa vot ta' fiducja fil-generazzjoni ta' llum u ta' ghada.





