• Home
  • About Us
  • National Events
  • Press Releases
  • IUVENIS
  • Contact

This is your union

logo


Website sections

    • Home
    • About Us
    • Departments
    • History
    • Join Us
    • Media
    • Press Releases
    • Articles
    • Documents
    • Sahha u Sigurta fuq il-post tax-Xoghol
    • International
    • IUVENIS
    • Study Visits
    • National Events
    • Contact Us
    • Reggie Miller Foundation
    • Public Educational and Training Institutions
    • Links
    • Affiliations

notice board

    • DIRETTIVA mill-Hdax il-Unjin fosthom il-GWU
    • Thallsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma qabel ir-revisjoni tat-tariffi
    • 11/04/09 - What's Left - Seminar organizzat mil GWU YOUTHS
    • 15/03/09 - Is-sistema ta' l-istipendji hi essenzjali ghall-edukazzjoni inklussiva

      07/03/2009 - Imut Gorg Agius ex-Segretarju Generali tal-GWU
    • 28/02/2009 - Rally mill-11-il unjin dwar il-kwistjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma
    • 02/03/2009 - Il-GWU b'hidma biex iggib turisti godda f'pajjizna

Links

    • General Workers Union
      gwulogo
    • ETUC Resouce Centre
      etucresourcecentre
      Uni Medic Helath Scheme
      unimedic

      L-Orizzont
      lorizzont
      It-Torca
      torca

      GWU YOUTHS on facebook

      facebook

      GWU YOUTHS BLOG ON HEALTH AND SAFETY blogmalta

 

Welcome to the GWU Youths website

 

Il-GWU YOUTHS sejra tippartecipa fil-LGBT Pride March organizzata mill-Malta Gay Rights Movement

Il-GWU YOUTHS se tippartecipa fil-manifestazzjoni favur id-drittijiet tal-LGBT (Lesbian, Gays, Bisexuals and Transgenders) organizzata mill-Malta Gay Rights Movement.  Din  sejra ssir gewwa l-Belt Valletta nhar is-Sibt 18 ta’ Lulju 2009; Il-post tal-gabra ikun Bieb il-Belt fl-ghaxra ta’ filghodu.

Il-GWU Youths qed tappoggja din l-attivita ghaliex temmen fl-importanza tad-dritt tal-bniedem li ma jigiex iddiskriminat minhabba l-orjentazzjoni u l-preferenzi sesswali kemm dawk hetrosesswali u dawk omoseswali; kemm fuq il-post tax-xoghol u fis-socjeta li hu jghix fiha.  Ghal snin twal nies b’orjentazzjoni gay gew arrestati, vitimizzati u diskriminati; ghalkemm id-dinja inbidlet, illum fl-2009 mhux kulhadd jgharaf id-drittijiet tal- LGBT.

Manifestazzjonijiet bhal tat-18 ta’ Lulju isiru sabiex tizdied il- visabilita u l gharfien tal- LGBT fis-socjeta u fl-istess hin temfazizza l-irwol integrali li ghandhom fl-istess socjeta. 
Din is-sena il-movimenti favur id-drittijiet tal-LGBT madwar id-dinja qed ifakkru l-40 anniversarju tal-irvelli ta’ Stonewall.  Dawn l-irvelli saru f’Gunju 1969 barra Stonewall Inn, fi New York,  fejn wara li persuni gay kienu msawta u arrestati mill-puluzija,   nies gewwa Stonewall Inn qamu kontra l-istess pulizija.  Min din l-esperjenza nitbet l-ideja wara l-Pride Marches, fejn dawn komplew jizvillupaw f’mezz sabiex titwassal u tissahhah il-vuci favur l-ugwaljanza tal-LGBT.

Din hija s-sitt sena li l-MGRM qed torganizza parata favur id-drittijiet tal-LGBT; din is-sena l-parata sejra ssir propju fil-gimgha iddedikata lid-diversita.  Partecipazzjoni f’din l-attivita hija messagg car favur l-impenn, u r-rispett tad-diversita u l-ugwaljanza fis- socjeta’ Maltija u madwar id-dinja.

Il-GWU YOUTHS theggeg lill- membri taghha sabiex jippartecipaw f’din l-attivita u iktar minn hekk jaghrfu d-drittijiet tal-perusni LGBT fuq il- post tax-xoghol u fil-hajja socjali taghhom, li fl-ahhar mill-ahhar huma hutna, uliedna, shabna u l-kollegi taghna. Ghal iktar informazzjoni wiehed ghandu jaghmel kuntatt mal-MGRM fuq 9925 5559 jew izul is-sit elettroniku www.maltagayrights.org.

mgrm

 

boatpartyknz

TAHT LENTI Seminar - Organizzat mil-GWU Youths

It-tietlu tas-seminar kien "Il-haddiema Zghazagh fil-hidma tal-Unjoni Ewropea". U ghalieh kienu mistiedna Mr. Glenn Bedingfield, Dr. Roberta Tedesco Triccas and Profs. Arnold Cassola. Is-seminar infetah min Sean Meli tal GWU Youths u ghalaq b-diskors mis Sur Tony Zarb. L-attivita saret nhar l-21 ta' Mejju gewwa l-Workers' Memorial Builiding il-Belt.

Is-Segretarju Generali tal-GWU, Tony Zarb, sahaq li ghandu jieqaf l-isfruttament fuq iz-zghazagh kif ukoll huwa importanti li z-zghazagh Maltin u Ghawdxin ikollhom impjieg diċenti. Zarb qal dan meta kien qieghed jaghmel id-diskors tal-gheluq ta’ seminar tal-Fondazzjoni Reggie Miller fis-sensiela “Taht il-Lenti.”

Tony Zarb qal li hawn zghazagh li qeghdin johorgu mill-Università u jew ma jsibux impjieg jew jithaddmu b’kundiz­jonijiet inferjuri u dan wara snin ta’ studju. Huwa qal li z-zghazagh Maltin ghandhom ihar su lejn l-opportunitajiet ta’ xoghol barra minn Malta bhal ma hija l-Unjoni Ewropeja. Imma dawn l-opportunitajiet m’ghan dhomx ikunu ghax f’Malta ma jkunx hawn opportunitajiet u ghalhekk irridu li noholqu opportunitajiet f’paj jizna ghal dawn iz-zghazagh, qal Zarb.

Is-Sur Zarb fakkar kif f’Malta hawn hafna zghazagh li ghaddejjin minn zminijiet diffiċli l-aktar dawk li tilfu l-impjieg u b’hekk ghaddejjin minn problemi minhabba impenji li kienu ghamlu meta kellhom impjieg. Huwa semma fost l-ohrajn dawk il-koppji zghazagh li hadu self mill-banek biex jibdew futur. Ma’ dawn iz-zghazagh irridu nuru solidarjetà.

Huwa semma li hawn haddiema zghazagh li ghalkemm iridu jidhlu fi trejdunjin, xi haga li ghandhom id-dritt li jaghmlu skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta, qeghdin jigu mheddin minn min ihaddimhom biex ma jidhlu fl-ebda unjin.

Is-Segretarju Generali tal-GWU qal li rridu nuruhom x’inhuma l-htigijiet li l-pajjiz se jkollu fil-futur biex huma jadda taw ruhom ghal dawn il-htigijiet. Zarb sahaq li l-haddiema zgha zagh ghandhom ikollhom bilanċ fejn ix-xoghol u l-hin liberu u li ma jigux ‘infettati’ bl-egoizmu.

Fl-ahharnett Tony Zarb fakkar kif kienet il-GWU li dejjem riedet li l-haddiem iharsu lejh fit-total kollu tieghu bhala bniedem shih. Huwa qal li kienet il-GWU li proponiet gimgha ta’ hamest ijiem xoghol.

F’dan is-seminar saru interventi minn tliet kandidati li se jikkontestaw ghall-Elezzjoni tal-PE, Glenn Bedingfield (PL), Roberta Metsola Tedesco Tri cass (PN) u Arnold Cassola (AD).

Prezenti ghal dan is-seminar kien hemm ukoll il-President tal-GWU, Victor Carachi, id-Deputat Segretarju Generali tal-GWU Geitu Mercieca u segretarji tat-taqsimiet differenti.

taht lenti

 

Fl-anniversarju tat-28 ta’ April 1958

Fl-okkazjoni tad-51 anniversarju mill-irvellijiet tat-28 ta' April 1958, il-GWU Youths tfakkar lil dawk il-Maltin fosthom rapprezentanti tal-haddiema, li bi qlubija u kuragg ipprotestaw kontra l-Gvern Ingliz u l-Imperjalizmu fl-isfond tal-qaghda socjo-ekonomika f'pajjizna ta’ dawk iz-zminijiet.

L-irvellijiet tat-28 ta’ April 1958, hejjew it-triq sabiex Malta tikseb l-indipendenza politika taghha minn kull irbit militari u kolonjali. Kienet vizjoni politika aktar minn kollox, sabiex f’pajjizna tirrenja n-newtralita', il-progress, u l-helsien ekonomiku li lahqu l-qofol taghhom bil-ksib ta’ l-Indipendenza fil-21 ta’ Settembru 1964, tar-Republika fit-13 ta’ Dicembru 1974 u nhar il-31 ta’ Marzu 1979 bit-tluq tas-servizzi Inglizi minn Malta u bill-Helsien min kull irbit militari ma haddiehor.

F’dan l-isfond kollu, iz-zghazagh importanti illum il-gurnata jibqghu jissieltu biex fil-pajjiz tirrenja l-liberta ta’ l-espressjoni.  Sfortunatament sikwiet nisimghu b’diversi tgheddid fejn min jesprimu riehu jkun qieghed jissogra d-dinjita tieghu.  B’hekk huwa importanti hafna li lkoll flimkien f’ghaqda wahda nahdmu flimkien biex il-kisbiet importanti li ghamel ic-citadin Malti f’dan il-pajjiz, fosthom is-sistema tas-servizzi socjali nibqghu nissalvagwardjawhom biex b’hekk il-poplu jkun jista jibqa jghix b’mod liberu.

Ftit tal-jiem wara niccelebraw ilkoll jum il-haddiem, fejn f’dan il-jum importanti nfakkru l-kisbiet li ghamel il-haddiem, bid-drittijiet li ghandu kull haddiem fuq il-post tax-xoghol tieghu u b’hekk fl-istess hin naraw li dawn jibqghu siguri.  F’dawn il-jiem importanti ukoll li nishqu fil-bzonn ta’ opportunitajiet indaqs ghal kullhadd ghax b’hekk biss inkunu zguri li hadd m’qieghed jinqata lura f’socjeta fejn iktar kemm jghaddi zmien aktar il-poplu qieghed jaffacja rejaltijiet godda, fejn il-kuntratti defeniti qeghdin jkunu ghal tul taz-zmien iqsar, il-qghad qieghed jizdied, li-hajja dejjem tghola u f’pajjiz fejn il-kompetizzjoni dejjem qieghda tikber.  Irridu inharsu lejn din is-sitwazzjoni b’kuragg fejn nemmnu fil-poplu taghna li meta dan il-poplu kien ambizzjuz irnexxielu jakkwista.

 

Tnax-il unjin jifformaw l-Ghaqda Unions Maltin: Irridu djalogu socjali genwin u bla arroganza - Tony Zarb

Is-Segretarju Generali tal-GWU Tony Zarb il-bierah sahaq li l-unjins imsiehba fl-Ghaqda Unions Maltin iridu “djalogu socjali genwin u minghajr arroganza”.

Hu kien qed jitkellem fi tmiem seminar bit-tema “Id-Djalogu Socjali f’Malta” li sar il-bierah fil-lukanda Corinthia ta’ H’Attard. Is-seminar kien l-ewwel wiehed organizzat mill-Ghaqda Unions Maltin li ghadha kemm twaqqfet.

It-12-il unjin li jifformawha huma l-General Workers’ Union (GWU), l-Unjin tal-Qwiebel u l-Infermieri (MUMN), l-Unjin tal-Ghalliema (MUT), il-Unjin tal-Cabin Crew, l-Unjin Haddiema Bank Centrali, l-Unjin tal-Istaff Klerikali u Tekniku tal-MEPA, l-Unjin tal-Professjonisti tal-MEPA, l-Assocjazzjoni tal-Istaff Akkademiku tal-Università, l-Assocjazzjoni tal-Piloti tal-Ajru, il-Unjin tal-Periti u l-Inginieri fis-Servizz Pubbliku, l-Assocjazzjoni tal-Inginieri tal-Linji tal-Ajru u l-Unjin tal-Ufficjali Professjonisti tal-Enemalta.

Fid-diskors Tony Zarb beda biex qal li l-okkazjoni ta’ Jum il-Haddiem ta’ din is-sena hi wahda specjali ghall-haddiema u l-ghaqdiet taghhom ghax ghall-ewwel darba grupp ta’ trejdunjins qeghdin jorganizzaw attività flimkien ghall-istess okkazjoni.

“Dan hu sinjifikat importanti u nemmen li hafna haddiema huma kuntenti meta qeghdin jaraw lill-unjins jahdmu flimkien”.

Il-Kelliem qal li kif stqarr drabi ohrajn l-unika haga pozittiva li harget mill-kwistjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma kienet li 11-il unjin baqghu jahdmu flimkien fl-interess tal-haddiema, pensjonanti u l-familji taghhom.

Dwar id-djalogu socjali f’pajjizna, Tony Zarb qal li dan hu suggett importanti fid-dinja tal-lum ghax jekk ikun genwin u effettiv jista’ jhalli l-gid kemm ghall-haddiema, kemm ghal min ihaddem u fuq kollox ghall-pajjiz.

“Li wiehed jista’ jghid f’pajjizna hu li kienu diversi l-kazi fejn id-djalogu socjali xejn ma kien wiehed genwin u effettiv imma kien biss ta’ konvenjenza u fl-ebda hin ma ta kaz il-bzonnijiet veru li ghandhom il-haddiema”.

Tony Zarb sostna li biex id-djalogu socjali f’pajjizna jkun wiehed veru u effettiv hemm bzonn li l-Gvern jaghti ezempju ta’ dan ghax sfortunatament kien hemm diversi okkazjonijiet fejn il-Gvern uza d-djalogu socjali ghall-konvenjenza tieghu biss, kif ghamel fit-tariffi tad-dawl u l-ilma fejn sal-lum il-Prim Ministru ghadu ma laqax it-talba li saritlu minn 11-il unjin biex jiltaqa’ maghhom.

Il-Kelliem sostna li dan juri xamma ta’ arroganza min-naha tal-Gvern, liema arroganza tista’ tigi mqabbla mal-mod kif il-ministri gew quddiem l-MCESD fil-kwistjoni tad-dawl u l-ilma.

Hu semma li b’din l-attitudni l-Gvern qed jibghat sinjal li mhux veru jemmen fid-djalogu socjali sincier avolja jaf li anke fl-isfera tal-UE l-kuncett tad-djalogu socjali jinghata importanza kbira.

“F’Malta hawn bzonn ta’ djalogu socjali genwin u strutturat. Hekk se nkomplu nghidu ahna l-unjins li naghmlu parti mill-Ghaqda Unions Maltin. Se nkomplu naghmlu l-pressjoni taghna sakemm dan isehh”.

Tony Zarb kompla jghid li l-GWU qieghda titlob li tibda d-diskussjoni dwar l-emendi tal-Ligi Industrijali specjalment fejn ghandu x’jaqsam mar-rikonoxximent tal-unjins biex dwar dan ikun hemm il-ligi li tistipula kif ir-rikonoxximent ghandu jinghata. Waqt li rrimarka li dwar dan hemm bzonn ta’ djalogu socjali sod, il-Kelliem zied li dwar dan is-suggett hemm bzonn li anke l-Forum tal-Unions, li sal-lum ghadhom ma jaghmlux parti mill-MCESD, ikunu nvoluti fid-diskussjoni.

Hu zied li jkun tajjeb li llum, ftit granet qabel Jum il-Haddiem, l-unjins li jifformaw parti mill-Ghaqda Unions Maltin jibghatu messagg li ahna rridu djalogu socjali genwin u minghajr arroganza u mhux impozizzjoni. Hawnhekk il-Kelliem semma diversi kazijiet kif l-unjins ma gewx trattati kif jixraq fosthom l-ahhar kaz tal-MUT meta din sejhet l-istrajk tal-ghalliema ghal-lum.

Tony Zarb temm id-diskors tieghu billi wieghed lill-haddiema li l-unjins imsehbin fl-Ghaqda Unions Maltin se jibqghu jahdmu flimkien fl-interess tal-haddiema u meta jkunu qeghdin jaghmlu dan ikunu qeghdin ukoll jahdmu fl-interess tal-pajjiz.

Sadanittant fi tmiem is-seminar l-unjins approvaw rizoluzzjoni li fiha wrew solidarjetà mal-MUT fil-kwistjoni li ghandha bhalissa mal-Gvern u awgurawlha success fl-istrajk tal-lum. Huma appellaw lill-Gvern biex isib soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr u jasal fi ftehim mal-MUT.

Fir-rizoluzzjoni, l-unjins ikkundannaw ukoll lil dawk kollha li b’kull mezz qeghdin jipprovaw johonqu d-drittijiet legittimi li ghandhom l-unjins u baghtu messagg lill-unjins l-ohrajn li ghadhom ma jaghmlux parti mill-Ghaqda Unions Maltin biex jinghaqdu maghhom ghax il-bieb hu miftuh ghalihom ukoll.

 

Seminar fil 11ta’ April fuq l-idejologija u l-prattika tax-Xellug organizzat mil-GWU YOUTHS

Nizzel il-Program tal-Whats left min hawn

Pagna ufficjali tal-WHAT'S LEFT, fejn tista' tnizzell id-diskorsi u l presentazzjonijiet ta' diversi kelliema

Il-GWU Youths, bl-appogg ta’ diversi ghaqdiet taz-zghazagh b’orjentazzjoni xellugija f’pajjizna, se tkun qed torganizza it-Tielet Seminar Nazzjonali bit-tema ‘What’s Left?’ – ibbazat fuq gurnata, fejn tigi diskussa l-ideologija tax-xellug u kif din hi mhaddma f’Malta, fl-UE u lil hinn. Din l-attivita’ se ssir is-Sibt 11 t’April 2009 fil-bini tal-GWU il-Belt Valletta.  Is-seminar se jibda fit 8.30 u jispicca qrib it-3 pm.

Is-seminar ser jinkludi prezentazzjonijiet u diskorsi imtella’ mill-ghaqdiet taz-zghazagh, partiti politici, mil-GWU u wkoll individwi mill-kamp akkademiku. Kull prezentazzjoni hi intenzjonata li ddum ftit inqas min tletin minuta, segwita b’diskussjoni qasira fejn hu allokat hin ghall-mistoqsijiet u kummenti min dawk prezenti.   Ic-chairperson ghall din l-attivita sejjer ikun is-sur Michael Parnis.

Din l-attivita’ se tkun miftuha ghall-pubbliku u minghajr hlas. Certifikat ta’ partecipazzjoni se jinghata lil dawk li jattendu ta’ l-anqas 70% tas seminar.  Din l-attivita se tigi akkompanjata b’finger foods u bibiti. L-ghaqdiet li sej kunu qed jappogjaw din l-attivita huma: Forum Zghazagh Laburisti, Alternattiva Demokratika Zghazagh, PULSE, Zminijietna Zghazagh tax-Xellug, Moviment Graffitti, Greenhouse, Koperattiva Kummerc Gust u Kolletiv Independenti Ir-Realta'.  Dak in-nhar l-ghaqdiet msemmija sej kunu qed juru xi materjal taghhom gewwa l-istess sala.  Din l-attivita hija appogjata ukoll mill-Fundazzjoni Reggie Miller tal-GWU.

Il-kelliema, li ga ikkonfermaw l-istedina taghna huma: Mr. Tony Zarb, Mr. Gejtu Mercieqa, Dr. Toni Abela, Prof. Arnold Cassola, Prof. Peter Mayo, Hon. Mr. Evarist Bartolo, Mr. Michael Briguglio, Mr. Chris Cutajar, Mr. Andre’ Callus u Mr. Mark Camilleri.  Is-suggetti tal presentazzjonijiet sej varjaw bejn Ix-Xellug fis-seklu Wiehed u Ghoxrin, It-Trejdjunjonizmu u l-Politika: X'relazzjoni ghandu jkun hemm?, Ix-Xellug u l-Imigrazzjoni, il-Media u x-Xellug f’Malta, Ix-Xellug fis-Socjeta Civili, u suggetti ohrajn.

Nappellaw lil membri kollha tal-GWU specjalment dawk li jaqghu taht it-taqsima taz-zghazagh u anke dawk membri fl-ghaqdiet li qed jtuna appogg, sabiex jattendu u jippartecipaw f'din l-attivita.

Dawk kollha li jixtiequ jattendu ghall dan is-seminar ghandhom jghamlu dan billi jibghatu imejl lill-kordinatur is-Sur Damato fuq  andre.damato@gmail.com jew permezz tal-mobijl 7937 0523.  Dan peress li l-postijiet huma limitati u anke peress li jridu jigu preparati c-certifikati tal-attendenza.  Dawk kollha interessati jattendu ghanhdom jghamlu kuntatt maghna sal-5 ta’ April 2009.

What's Left organised by GWU YOUTHS - Report - Carried out by Maltastar.com

The Third National Seminar held on Saturday 11 April, based on the theme ‘What’s Left?’, featured discussions which looked at leftist ideology and how this is manifested in Malta, the European Union and the rest of the world.

Labour Party Deputy Leader Toni Abela spoke of how government should base regulations upon a social conscience and a social spirit.

Malta required this social sporit in order to reform the economy, he maintained. This reform should stem from humanistic elements and concerns and not purely from economic ones, in the interest of economic and financial prosperity.

Abela emphasised that the government cared more about the quality of what the citizens produced and the service they delivered, rather than the citizens themselves.

As a result, he maintained, people are finding themselves working in bad working conditions, exploited, or even jobless.

Referring to the current dispute between the GWU and the Malta Freeport, Abela said it was worrying that the government opted to remain a spectator in the issue, stressing that government should step in to unblock the situation.

Mark Camilleri, editor of left-wing university newspaper ir-Realta, said how elements of the local media often tended to provide only artificial coverage to trade-unionist issues and events.

This, he said, hindered efforts of workers and workers’ union who were fighting to safeguard workers’ rights.

The message imparted, he maintained, was either blocked outright by some local media, or more often distorted, naturalising its effectiveness and integrity.

During his address, Michael Briguglio stressed that as the local left political party, LP needed to become a hegemonic force once more.

He said that the austerity measures taken in 1996 and 1998 did not go down well with the electorate, adding that the party in 70’s was a hegemonic force, this was not the case in 90’s, and as a result did not manage to appeal to as many ppl.

Today, Briguglio stressed, the country needed to more towards a new hegemonic left. He spoke of “a true left that can bring the necessary social change”

He stressed that the most important hurdle to over is that left-wing organisation need to be courageous in going beyond working towards simply their narrow respective interests, but towards other interests as well, in order to avoid being alienated and inclusive.

Speaking during the seminar, Moviment Graffiti, made a general appeal for solidarity with the GWU in this moment when it is under attack, referring to its current garnishee order which the union has been served by the Malta Freedom in an industrial action dispute.

The left-wing NGO said that it was unhappy with how the left in Malta was treating the issue of immigration.

The left has obligations to immigrants if they truly believe in equality, the NGO stressed, as “they are not pieces in a game of chess.”

The left has obligations to them as well, not just Maltese workers, Moviment Graffiti emphasised.

University of Malta Professor Peter Mayo said that political parties need to learn from and work along side local social movements as well as those around the world, to avoid stagnating.

However, he stressed, parties should not suffocate them. Parties should work together and grow along side socials movement, pointing out that social movements, citing the Women’s Rights movement, was bigger than any single a party.

Alternattiva Demokratika chairman Arnold Cassola questioned why the left has almost vanished from many European countries. According to the prevailing voting mentality he said, the centre right often gets elected, adding that an uncontested right in government brought about the current economic downturn.

He asked if the symbolism which the left employs attracts, also questioning whether left parties are one adapting to the times.

Prof Cassola said it was unfortunate that we life in a superficial world where surface impressions and instant appeal mattered more than substance, but one had to accept it and move with the times.

GWU general secretary Toni Zarb concluded the seminar by saying that left-wing organisations need to use contemporary tools and mediums with which convey their message, but the message needed to remain the same.

He said that if the worldwide situation in recent months was anything to go by, capitalism was clearly failing the world as big banks and other financial institutions were collapsing.

Referring to the trend of nationalisation of bands and financially-sensitive institutions, Zarb said that that we are witnessing today are measures and safeguards which socialist governments in past had been criticised for doing it.

Zarb also referred to the on-going dispute between the union and the Malta Freeport.

He said that the action being taken against the union was not only a threat against the union, but also against the freedom of industrial action and against local trade unionism

He pledged that in the coming days the GWU would be doling its best to remedy the situation.

Zarb added that the union was also campaigning for support on an international level.

He explained that the union has statements from foreign trade unions which will be soon announced, showing how serious the situation is.

He stressed that the GWU will not accept this situation, and pledged to keep on fighting till the end to ensure that the union will remain in existence, always in the interest to be in a position to fight for workers’ rights.

http://maltastar.com/pages/ms09dart.asp?a=1009

 

DFSA

089

4554


poster

Lahhar Stqarrijiet Stampa / Latest Press Releases


Jum il-Helsien – Jum Sinifikattiv - 31ta Marzu 2009 - GWU YOUTHS

 

Qeghdin niccelebraw wiehed mill-aktar jiem important ghall-pajjiz Malti. Jum li huwa rizultat ta’ tbatija u hidma matul is-snin wara sekli ta’ dominanza mill-barrani. Ghall-ewwel darba f’hajjet il-poplu Malti, 30 sena ilu seta’ jsejjah lil dan il-pajjiz hieles u tieghu biss.

Dan huwa punt importanti ghaz-zghazagh, li kull wiehed u wahda minnha jiftakar minn fejn tlaqna sabiex jifhem ahjar ir-raguni ta’ fejn ninsabu llum. Jum il-Helsien sinifikattiv hafna ghaz-zghazagh ghal diversi aspetti. Kif zghazugh jistinka ghall-istat u l-futur tieghu, hekk ukoll il-poplu Malti li mill-1979 ‘il quddiem seta jkollu kontroll assolut fit-tmexxija tal-pajjiz, iwettaq bidliet li kien hemm bzonn u b’hekk f’kull Malti twieldet id-dinjita’ fih, dinjita’ hielsa u minghajr ebda rbit jew obbligu lejn il-barrani. Importanti li dak li akkwistajna nibqghu nghozzuh u niehdu hsiebu sabiex hadd ma johdilna lura din id-dinjita’ u l-helsien li wittew it-triq ghal-liberta’ tal-poplu Malti f’pajjizu stess. B’hekk il-GWU Youths tawgura li lkoll niccelebraw il-Helsien fejn dan il-gens ta’ poplu habrieki halef li ser jibqa’ jkun il-mexxej liberu tieghu innifsu.


Il-messagg taghna ghalhekk imur lejn il-Maltin u l-Ghawdxin kollha u l-forzi tal-pajjiz, sabiex nahdmu flimkien ghat-tejbien tal-kundizzjonijiet tal-haddiema u ghall-progess li jirrispetta l-helsien u n-newtralità tal-pajjiz, il-gustizzja socjali, u l-htiega li noholqu x-xoghol fuq bazi ta’ hidma li tkun mibnija fuq is-success ta’ dan il-poplu.

GWU Youths


Is-sistema ta' l-istipendji hi essenzjali ghall-edukazzjoni inklussiva - 15/03/09


Il-General Workers’ Union Youths, Zminijietna Zghazagh tax-Xellug, Alternattiva Demokratika Zghazagh, Moviment Graffitti, il-Forum Zghazagh Laburisti, Science Students’ Society, Greenhouse, Ghaqda Studenti Harsien Socjali jilqghu b’sodisfazzjon ir-rapport mhejji mill-Kunsill Studenti Universitarji fuq l-importanza li jkollna edukazzjoni ta’ kwalita’ li tirrifletti l-bzonnijiet u l-izvilupp tas-socjeta’ kontemporanja. Mill-banda l-ohra l-organizzazzjoniji et huma mhassba b’certu kummenti li tnisslu minn certu oqsma, fosthom fir-rapport 'Ecofin Country Focus' (ikkummisjonat mill-Kummissjoni Ewropea) u r-rapport Chalmers (ikkummisjonat mill-Gvern), li lkoll qed jiddubitaw s-sistema ta’ l-Istipendji f’Malta.

‘ Malta ghamlet avvanzi kbar fuq livell post sekondarju u dak terzjarju fis-snin li ghaddew, u s-sistema ta’ l-istipendji ghenet sabiex studenti jigu mhajjra jkomplu l-istudji taghhom. Minghajr stipendju, hafna studenti kienu jesperjenzaw hafna iktar diffikultajiet biex ikomplu l-istudji taghhom. Fil-prezent Malta ghandha l-inqas rata ta’ partecipazjoni fuq livell post-sekondarju u dak terzjarju meta mqabbla ma’ pajjizi ohra fl-Unjoni Ewropeja. Tnaqqis fl-istipendju zgur li mhux ser jghin sabiex titjieb is-sitwazzjoni.’

‘’Ecofin Country Focus’ u r-rapport Chalmers iridu jergghu idawwru l-arlogg lura, lejn sistema edukattiva elitista li gawdew minna l-iktar dawk privileggjati’

‘Is-sistema ta’ l-istipendji ghandha tibqa’, filwaqt li ghandu jigi assigurat li l-grant qed jigi utilizzat ghal istudju u mhux ghal affarijiet ohra. Is-sistema ghandha tkun iktar generuza lejn studenti f’’istituzzjonijiet ohrajn fosthom l-MCAST’.

‘Nemmnu li fix-xhur ta’ sajf, l-istudenti ghandhom jibbenefikaw minn skemi fejn bihom ikunu jistghu jikkumplimentaw l-istudji taghhom ma’ xoghol prattiku. Din tista’ tinkludi xoghol applikat, ricerka, xoghol tekniku, xoghol artistiku u xoghol iehor.

‘Jekk f’Malta irridu vera nimxu lejn iktar partecipazzjoni ta’ studenti f’edukazzjoni post sekondarja u terzjarja, il-pass il-quddiem hu li mmexxu l-primarja u sekondarja l-boghod mill- assessjar selettiv u aktar vicin forom ta’ edukazzjoni inklussiva. F’dan ir-rikward naqblu ma’ l-proposta tal-Gvern li jitnehha ‘streaming’.

 

Ghadira Coalition / Koalizzjoni Ghadira
 
 9th February 2009

Press Release:Ghadira Coalition appeals for scientific studies
 
The Ghadira Coalition, which is made up of various environmental, social and political organisations as well as farmers' representatives, appealed for scientific studies which prove the need for the Road project as proposed by the Ministry responsible for Roads.
 
'Government's proposal should not be hurried. Proper public consultation and credible scientific studies are required, covering ecological, social, economic and other aspects on the basis of sustainability. After this process is carried out, everyone would be in a better position to discuss the need or otherwise of such development',  added the Coalition, which is made up of Alternattiva Demokratika The Green Party, Zminijietna - Voice of the Left, Science Students' Society,Moviment Graffitti, Friends of the EarthMalta, Inizjamed, Labour Youth Forum, Greenhouse, General Workers' Union Youths, in addition to farmers' representatives.
 
David Pisani
f/ Ghadira Coalition
Mob 79536914
 
Stqarrija Stampa: Il-Koalizzjoni ta' l-Ghadira tappella ghall-studji xjentifici
 
Il-Koalizzjoni ta' l-Ghadira, li hi maghmula minn ghaqdiet ambjentali, socjali u politici, kif ukoll minn rapprezentanti tal-bdiewa, appellat ghal studji xjentifici li jaghtu prova li hemm bzonn ghall-progett tat-triq kif proposta mill-Ministeru responsabbli ghat-Toroq.
 
'Il-proposta' tal-Gvern m'ghandhiex tkun mghaggla. Ghandu jkun hemm konsultazzjoni pubblika kif suppost u studji xjentifici u kredibbli li jkopru aspetti bhal dawk ekologici, socjali u ekonomici fuq il-bazi ta' sostenibilita'. Wara dan il-process, kulhadd ikun f'pozizzjoni ahjar biex jiddiskuti jekk dan l-izvilupp huwiex bzonnjuz jew le',  sahqet il-Koalizzjoni, li hi maghmula minn Alternattiva Demokratika The Green Party, Zminijietna - Lehen ix-Xellug, Ghaqda Studenti tax-Xjenza, Moviment Graffitti, Friends of the Earth Malta, Inizjamed, Forum Zghazagh Laburisti, Greenhouse, Zghazagh General Workers' Union, flimkien ma' rapprezentanti tal-bdiewa.
 
David Pisani
gh'/ Koalizzjoni Ghadira
Mob 79536914

05/10/08 - GWU Youths officials lay flowers under the Workers' Monument, Imsida, in commemoration of the 65th anniversary of the General Workers Union, Malta.

65thaniv

65thaniv

 


contractsofemployment

 




Copyright © 2008 GWU YOUTHS | Disclaimer | Webmaster Andre' Damato E andre.damato@gmail.com

A GWU YOUTHS, Workers Memorial Building, South Street, Valletta, Malta | E youths@gwu.org.mt | T 0035621244451 Ext. 296 | F 0035621238100 | M 0035679264655